Aħna mela, billi nsegwu s-Santi Padri, ilkoll b'kunsens wieħed, ngħallmu lill-bnedmin jistqarru lil Sidna Ġesu’ Kristu, Iben wieħed biss; perfett bħala Alla, u wkoll perfett bħala Bniedem; verament Alla, u verament bniedem, b'ruħ raġonevoli u ġisem; ta' l-istess sustanza mal-Missier skond id-divinita’, u ta' l-istess sustanza magħna skond l-umanita’; f'kollox bħalna, mingħajr dnub; imnissel qabel kull żmien mill-Missier skond id-divinita’, u f'dawn l-aħħar jiem, għalina u għas-salvazzjoni tagħna, imwieled minn Marija omm verġni t'Alla skond l-umanita’. Hu Kristu wieħed, Iben, Sid, Uniġenitu, jeżisti f'żewġ naturi bla taħlit, bla bidla, bla diviżjoni, bla separazzjoni; id-diversita’ taż-żewġ naturi b'ebda mod meqruda bl-unjoni tagħhom, iżda l-propjetajiet pekuljari ta' kull natura priżervati, u jaqblu f'persuna waħda u eżistenza waħda, mhux mifrud jew diviż f'żewġ persuni, iżda l-istess Iben wieħed, l-Uniġenitu, Alla l-Kelma, il-Mulej Ġesu’ Kristu; bħalma l-profeti mill-bidu ddikjaraw dwaru, u bħalma l-Mulej Ġesu’ Kristu nnifsu għallimna, u bħalma għaddielna l-Kredu tas-Santi Padri.
Copied by permission.
Traduzzjoni ta'
Paul Mizzi. Il-jeddijiet kollha mizmuma.
Ebda parti minn dan il-ktieb ma tista' tigi riprodotta f'xi forma
minghajr il-permess bil-miktub tat-traduttur (http://www.tecmalta.org/).